top of page

Is-Siġġiewi - Città Ferdinand

Ħarsa ħafifa lejn raħalna

Is-Siġġiewi hu raħal fl-Lbiċ ta' Malta b'popolazzjoni ta' madwar 8,000 ruħ. ir-raħal ifforma minn diversi rħajjel li kienu iktar imferxin - Ħal Xluq, Ħal Niklusi,ħal Kbir u Ħal Qdieri. Hu wieħed mill-iktar rħula qodma - filfatt kien wieħed mill-ewwel għaxar parroċċi matriċi tal-1436 meta diversi rħula ħadu t-titlu parrokkjali wara l-parroċċi tal-Mdina u taċ-Ċittadella. Ir-raħal imbagħad ħa t-titlu ta' belt mill-Granmastru Ferdinand Hompesch nhar it-30 ta' Diċembru 1797 bl-isem ta' Città Ferdinand.

Fl-aħħar ġimgħa ta' Ġunju niċċelebraw il-festa tal-patrun San Nikola li tiegħu hawn devozzjoni antik ali tmur lura s-sekli. Hu raħal rurali fejn dari is-Siġġiwin kienu kważi kollha jaħdmu fir-raba' jew fil-barrieri li huma kawża tal-preżenza tal-franka fil-limiti tar-raħal. Illum, għalkemm kiber, jibqa' dak ir-raħal tradizzjonali Malti fejn kważi l-ħajja tikkalma u ssib is-serenità fit-toroq dojoq, fil-kobor tal-pjazza u fil-beraħ tal-għelieqi.

bottom of page