top of page
Writer's pictureRyan Cachia

Fl-Għaqda hemm is-Saħħa

Illum qed nagħlqu l-kampanja elettorali għall-Kunsilli Lokali. Hawnhekk fis-Siġġiewi kien ilu jinħass il-bżonn illi naqilbu folja ġdida speċjalment fejn jidħol id-dehra ġenerali tar-raħal, l-ambjent u r-riżoluzzjoni tal-ilmenti. Għaldaqstant il-Partit Nazzjonalista qam għall-okkażżjoni u preżenta tim formidabbli ta' kandidati li telqu kollox u meddew idejhom għax-xogħol.


Jien flimkien ma' Julian, Francine, Charles u Stephanie kommessi li nżewġu l-esperjenza flimkien mal-enerġija żagħżugħa biex inwettqu l-proposti li wiegħdna lis-Siġġiwin. Kemm nieħu gost li tkellmuna u tgħidulna li tinnuttaw l-għaqda ta' bejnietna. Din it-turija ta' għaqda ma kinitx biss għar-ritratti imma konna u għadna nipprattikawha kuljum. Fejn ikun hemm ilment, ngħinu lil xulxin biex nsolvuh. Fejn kien hemm xi attività ta' xi kandidat ieħor, nattendu aħna u l-familji tagħna. U xi ngħidu għall-programm elettorali għas-Siġġiewi fejn wara diversi laqgħat flimkien, ħriġna b'dak id-dokument li se jkun il-manwal tagħna għall-ħames snin li ġejjin.



Din is-sinerġija sfortunatment tikkontrasta man-nuqqas tagħha li kien hemm bejn il-kunsilliera fil-maġġoranza tal-Kunsill matul dawn il-ħames snin. Dan wassal għall-isfidi li għandu raħalna llum li kważi kważi qed ifalli f'dak li hu bażiku bħat-tindif, knis, ilmenti eċċ. Min-naħa tal-PN, il-wegħda tagħna hi ċara: bħal ma mxejna flimkien matul din is-sena ta' ikkampanjar, se nimxu kemm-il darba tagħtuna l-fiduċja nhar is-Sibt li ġej. Dan se nagħmluh għax nemmnu li fl-għaqda hemm is-saħħa u għax nemmnu li kull persuna tista' tagħti s-sehem tagħha għar-raħal twelidha. Għaldaqstant inħeġġiġkom biex nhar is-Sibt tivvutaw għal iktar għaqda fil-Kunsill, tivvutaw għall-kandidati kollha tal-PN, għall-Kunsill li jaqdik.

15 views0 comments

Recent Posts

See All

Comments


bottom of page