Il-Prioritajiet tiegħi
AMBJENT
L-ambjent verament nixtiequ li jkun priorità ta' Kunsill Lokali ġdid. Meta ngħid ambjent, qed nirreferi kemm għal dak urban u kemm għal dak rurali. Ambjent aħjar jagħtina kwalità ta' ħajja aħjar.
tURIżMU
Is-Siġġiewi hu raħal pittoresk, rurali u antik. Għandu ħafna potenzjal x'joffri għat-turist li qed ifittex esperjenza unikament Maltija. Għaldaqstant se naħdem sabiex nagħmlu mis-Siġġiewi destinazzjoni turistika ta' eċċellenza fejn jidħol turiżmu rurali, storiku u reliġjuż.
Kultura
Il-patrimonju storiku u kulturali li joffri s-Siġġiewi kultant jisfa mhux apprezzat. Se naħdem qatigħ sabiex dan il-patrimonju jingħata l-importanza li jixraqlu, jiġi restawrat fejn hemm bżonn u jservi ta' vetrina biex jirrapreżenta dak kollu li hu s-Siġġiewi.
DJALOGU
Kommess li wara t-8 ta' Ġunju nibqa' niddjaloga magħkom sabiex inkompli nitgħallem. Se nesiġi li qabel kull proġett maġġuri ssir diskussjoni mar-residenti, negozji u għaqdiet konċernati. Djalogu kontinwu jwassal għal iktar apprezzament tal-problemi li kull wieħed jsib.